25 ta’ Jannar 2017 – Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

Il-Kor Sine Macula u l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg ser janimaw il-festa liturġika tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Erbgħa 25 ta’ Jannar 2017. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6.00pm.

Posted in KSM | Leave a comment

L-inawgurazzjoni tal-presepju Naplitan

presepju-naplitan-5-12-4

Nhar it-Tnejn 5 ta’ Diċembru, il-Kor Sine Macula taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg anima s-serata li fiha ġie inawgurat il-Presepju Naplitan. Pauline Pace akkumpanjat lill-Kor fuq il-panu. Is-serata saret fil-Katidral tal-Imdina u kienet taħt il-patroċinju tal-Eċċ Tiegħu Mons Charles J Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Posted in KSM | Leave a comment

L-inawgurazzjoni tal-Presepju Naplitan

presepju-naplitan-invitNhar it-Tnejn 5 ta’ Diċembru 2016 se ssir l-inawgurazzjoni tal-Presepju Naplitan ġewwa l-Katidral tal-Imdina. L-animazzjoni tas-serata ġiet afdata f’idejn il-Kor Sine Macula li se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg. Jippresiedi l-Eċċ Tiegħu Mons Charles J Scicluna Arċisqof ta’ Malta.presepju-naplitan-2016-m

Posted in KSM | Leave a comment

Kunċert mal-Banda King’s Own

kings-ownIl-Kor SINE MACULA ser janima l-partijiet korali tal-kunċert annwali mtella’ mill-Banda King’s Own li dis-sena se jsir fil-Knisja ta’ San Duminku ġewwa l-Belt Valletta s-Sibt 29 t’Ottubru fis-7.30pm.

Il-partijiet li fihom se jkanta l-Kor huma ndikati fil-poster li jidher fuq ix-xellug.

Il-Kor Sine Macula se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Alexandra Borg.

Narawkom.

Posted in KSM | Leave a comment

Animazzjoni tal-Festa ta’ San Pawl

Bħas-snin l-imgħoddija l-Kor Sine Macula ser jieħu sehem fil-festa b’diversi animazzjonijiet:

  1. Matul il-jiem tat-tridu, l-Erbgħa 24, il-Ħamis 25 u l-Ġimgħa 26, fis-6.30pm, quddies animat mill-gruppi tas-Sopranos u l-Contraltos akkumpanjati mill-orgni.
  2. Wara l-quddies tat-tridijiet antifona u barka sagramentali; il-kor ikun akkumpanjat mill-orkestra.
  3. Is-Sibt, lejlet il-festa, 8.00am, quddiesa letta bil-kant tat-Te DEUM.
  4. Is-Sibt lejlet il-festa, 7.30pm, quddiesa animate mill-Kor Sine Macula.

Il-Kor u l-Orkestra se jkunu taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur il-ġdid Alexandra Borg.

Posted in KSM | Leave a comment

Surmast Direttur ġdid għall-KSM

alexandra-1-mAlexandra Borg, née Ellul, B.Educ., ALCM, se tkun is-surmast direttur il-ġdid tal-Kor Sine Macula mill-1 t’Awwissu 2016.

Minbarra li għal dawn l-aħħar 23 sena (mill-1993) Alexandra kantat regolarment fis-sezzjoni tal-Contraltos tal-Kor Sine Macula, hija kienet ukoll sikwit tieħu ħsieb rehearsals u t-taħriġ fit-teknika tal-vuċi tal-koristi sħabha.

Alexandra twieldet iż-Żurrieq fis-7 ta’ Awissu 1984. Minn età żgħira wriet interess u xewqa li titgħallem il-mużika tant li ta’ sitt snin bidet tattendi l-lezzjonijiet tat-teorija tal-mużika u tal-pianoforte. Il-lezzjonijiet tal-pianoforte wassluha biex akkwistat l-ALCM fis-sena 2006.

Alexandra hija għalliema tal-Matematika u l-Fiżika fil-Kulleġġ San Benedittu Ħal Kirkop. Hija miżżewġa lil Mario Borg u għandhom tifel jismu Luke.

L-isbaħ xewqat u awguri lil Mro Alexandra Borg għall-inkarigu ġdid li se jkollha.

Posted in KSM | Leave a comment

Il-Kunċert tal-Għid – bir-ritratti

Posted in KSM | Leave a comment